Sport

Edizzjoni tal-Belt Valletta fil-Hudson Race Series 2025

Mark Herrera u Josanne Attard Pulis jagħlqu s-serje Hudson Race Series 2025  b’rebħiet fl-edizzjoni tal-Belt Valletta li kienet l-aħħar kompetizzjoni mis-serje għal 2025.

Rotta magħrufa għal telgħat wieqfa fejn għal kuntrarju ta’ edizzjonijiet oħra din is-sena l-atleti kellhom kundizzjonijiet ta’ temp ideali.

Fit-tiġrija tal-10 km, Mark Herrera ħa vantaġġ minn kmieni u żamm pass kostanti tul ir-rotta u daħal fl-ewwel post b’distakk ta’ sekonda fuq Jeremy Curmi filwaqt li Brahim el Khattabi spiċċa fit-tielet post.

Josanne Attard Pulis kellha wirja oħra b’saħħitha biex rebħet it-tiġrija tan-nisa fuq

l-10 km, quddiem Jolene Debattista u Brigitte Calascione.

It-tiġrija tal-5 km rat lil Brandon Saliba jipiċċa fl-ewwel post, segwit minn Emanuel Zammit u Conway Cachia .

Fil-kategorija tan-nisa, Rosalie Borg Cauchi kisbet l-ewwel post b’vantaġġ ta’ 19-il sekonda fuq l-atleta Ċiprijotta Chrystalla Hadjipolydorou, filwaqt li Charyl Fava spiċċat fit-tielet post.

Il-Fundatur u Direttur tas-Serje, Charlie Demanuele, ikkummenta li jinsab kuntent bis-suċċess miksub din is-sena fejn qed ikun iċċelebrat l-10 anniversarju.

Il-Hudson Race Series 2026, powered by Nike, ser tkompli, bl-ewwel tellieqa fl-1 ta’ Frar 2026 bl-Edizzjoni tat-Tlett Ibliet.