Lokali Parlament

Il-persuni li jkunu għelbu l-marda tal-kanċer għandhom iħarsu ‘l quddiem bla diskriminazzjoni kontrihom

Stephen Spiteri, PN

Id-Deputat Nazzjonalista Stephen Spiteri qal fil-parlament li Il-persuni li jkunu għelbu l-marda tal-kanċer għandom iħarsu ‘l quddiem bla diskriminazzjoni.

Meta kien qed jitkellem fid-dibattitu parlamentari dwar Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni Kontra Konsegwenzi Negattivi għal Persuni li Fiequ minn Mard Onkoloġiku (Dritt li Tintesa), Stephen Spiteri qal li l-mediċina qed tikseb suċċessi fl-onkoloġija u għalhekk din il-mozzjoni se tkun tneħħi d-diskriminazzjoni ma’ persuni li jkunu għaddew mit-trattament tal-kanċer.

Mas-saħħa m’hemmx kompromessi, sostna Stephen Sptieri, li kompla li dawn il-persuni llum iħarsu ‘l quddiem lejn il-futur tagħhom. Hu kompla li minkejja ż-żieda fil-mard tal-kanċer, miegħu żdied ukoll it-trattament. Għalhekk it-trattament innovattiv li jinsab f’appjiżi Ewropej għandu jinġieb f’Malta wkoll.

Hu qal li dawn il-persuni għandhom jitqiesu bħala pazjenti normali u għalhekk dan l-abbozz se jkun solidali mal-persuni u l-familji tagħhom biex dawn ikollhom suċċessi fil-ħajja tagħhom. Il-liġijiet huma effettivi għaliex jobbligaw lis-setturi kollha li jirrispettaw id-dinjità ta’ dawn il-persuni li jkunu ħallw warajhom dawk l-episodji, sostna Stephen Spiteri,