It-tifla ta’ María Corina Machado, li rebħet il-Premju Nobel għall-Paċi ta’ din is-sena, aċċettat l-unur prestiġjuż f’isem ommha filwaqt li għamlet diskors għall-okkażjoni li nkiteb mill-istess Kap tal-Oppożizzjoni tal-Veneżwela.
L-Istitut tan-Nobel fin-Norveġja qal, intant, li Maria Corina Machado tinsab qawwija u sħiħa u li din kellha tivvjaġġa lejn Oslo fi żmien partikulari. Madankollu, il-kelliema spjegaw li hi ma setgħetx tattendi ċ-ċerimonja għall-preżentazzjoni tal-‘awards’ li saret ftit wara nofsinhar fil-kapitali Norveġiża.
Sadanittant, Ana Corina Sosa infurmat lill-udjenza fis-Sala Muniċipali ta’ Oslo li ommha tinsab determinata biex tgħix f’pajjiż ħieles tal-Veneżwela u li hi mhi se ċċedi qatt għall-akbar skop ta’ ħajjitha.
Dan meta l-Istitut tan-Nobel ippremja lil Maria Corina Machado bin-Nobel għall-Paċi ‘għat-taqbida determinata tagħha lejn it-tranżizzjoni ġusta u paċifika tal-Veneżwela minn dittatorjat għal demokrazija’.
//= $special ?>

