Graziella Attard Previ, PN
Id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet fil-parlament li s-soċjetà għandha tonora lil dawk li ġġieldu l-kanċer u rebħulu.
Fid-dibattitu parlamentari dwar Abbozz ta’ Liġi dwar il-Protezzjoni Kontra Konsegwenzi Negattivi għal Persuni li Fiequ minn Mard Onkoloġiku (Dritt li Tintesa), id-Deputat Nazzjonalista Graziella Attard Previ qalet li hi kontra kull diskriminazzjoni fil-konfront tal-persuni li jkunu għaddew mill-marda tal-kanċer.
Hi sostniet li l-pplu Malti hu mpenjat lejn id-dinjità, l-ugwaljanza u l-ġustizzja u sostna li dak li qed jagħmel il-parlament hu dikjarazzjoni ta’ twemmin tas-soċjetà b’solidarjetà.
Għal żmien twil, dawk li fiequ mill-kanċer baqgħu jiffaċċjaw ostakli moħbija u persistenti li huma kemm fiżiċi kif ukoll mediċini. Hemm sfidi sistematiċi u amministrattivi li huma inġusti fosthom l-applikazzjonijiet għal self bankarju u anki assigurazzjoni. Id-deputat Nazzjonalista kompliet li l-abbozz jinsisti fuq dritt legali li persuna li tkun fieqet minn kanċer ma jkollhiex għaliex toqgħod tikxef minn xhix tkun għaddiet. Hemm diversi pajjiżi Ewropej li addottaw protezzjonijiet simili.
Graziella Attard Previ sostniet li l-abbozz mhux se jaħbi l-imgħoddi mediku iżda biex dan ma jibqax jiġi abbużat mkontra min diġà bata ħafna. Permezz ta’ dan l-abbozz, persuni li kellhom kanċer ma jsiubx diffikultajiet biex jieħdu self minn banek jew biex jagħmlu polza ta’ assigurazzjoni bi ħlasijiet tas-suq bla beżgħat mill-imgħoddi waqt li fil-post tax-xogħol dawn il-persuni jikkompetu fuq l-istess livell bla preġudizzju għall-passat.
//= $special ?>

