Il-ktieb ‘Game Recipes from Malta’, li ġie ppubblikat mill-Federazzjoni Kaċċaturi Nassaba u Konservazzjonisti, l-FKNK, rebaħ il-premju ‘Best Game Meat Book in the World’ fil-31 edizzjoni tal-World Cookbook Awards fl-Arabja Sawdija.
Il-ktieb fih 30 riċetta tradizzjonali u kontemporanji Maltin, bis-sehem ta’ 13-il kok lokali.
Dan il-premju, li għalih ħadu sehem96 pajjiż minn madwar id-dinja, hu meqjus bħala wieħed prestiġġjuż u sinifikanti, speċjalment meta wieħed iqis li dan kien l-ewwel ktieb tax-xorta tiegħu li qatt ġie ppubblikat f’pajjiżna.
Dan il-ktieb kien tnieda fil-Malta AgriFair.
//= $special ?>

