It-turisti kollha li se jkunu qed jidħlu fl-Istati Uniti se jkunu sottoposti għal screening tal-midja soċjali qabel jingħataw permess jidħlu fil-pajjiż – dan skont ma qed jiġi ppjanat mill-border control tal-Istati Uniti.
Dan qed jiġi propost mill-Customs and Border Protection, bl-iscreening isir fuq kwalunkwe turist li jżur lill-pajjiż – kemm jekk ikollhom bżonn visa jew le.
Fil-proposta ngħad li t-turisti jridu jippreżentaw il-midja soċjali kollha tagħhom tal-aħħar 5 snin b’mod mandatorju inkluż dettalji oħrajn.
Fost dawn iridu jippreżentaw l-indirizza tal-e-mails kollha tagħhom u numri tat-telephone li użaw fl-aħħar 5 snin, flimkien ukoll ma’ ismijiet, indirizzi u numri kif ukoll dati tat-twelid ta’ qrabathom.
Qed jiġi propost ukoll li se jkunu qed jiġbru dettalji biometriċi – ċioè uċuh, marki tas-swaba u ritratti tal-ħabba tal-għajn.
Dawn il-proposti miftuħin għal konsultazzjoni pubblika għal 60 jum.
Fl-aħħar xhur jidher li dan diġà qed jiġi implimentat b’mod mhux uffiċjali hekk kif kien hemm diversi rapporti ta’ nies li ma tħallewx jidħlu fil-pajjiż allegatament għaliex xi darba jew oħra kritikaw lill-President Amerikan Donald Trump fuq il-midja soċjali.
//= $special ?>

