Sport

Manchester City jiksbu rebħa fis-Santiago Bernabeu

Ilbieraħ fi tmiem is-6 ġurnata logħob tal-UEFA Champions League, fl-istadium Santiago
Bernabeu, Real Madrid ospitaw lil Manchester City.
Kienet prestazzjoni sodisfaċenti għat-tim ta’ Pep Guardiola meta rebħu bl-iskor ta’2-1 barra minn darhom, minkejja li sofrew l-ewwel gowl ta’ din il-partita.
Wara kważi nofs siegħa logħob, kienu Real Madrid li fetħu l-iskor tal-logħba meta l-winger Brażiljan Rodrygo skurja xutt mill-isbaħ lejn il-baxx minn assist tal-plejer Ingliż Jude Bellingham. Dan ikun l-ewwel gowl ta’ Rodrygo fi 32 logħob.
Minkejja dan il-gowl li sofew, Manchester City ma jaqtawx qalbhom u fl-35 minuta ż-żagħżugħ Ingliż Nico O’Reilly iġib l-gowl tad-draw permezz ta’ rebound.
Ftit minuti qabel ma ntemmet l-ewwel taqsima, ir-referee Clement Turpin ta penalty lil Manchester City wara deċiżjoni tal-VAR, hekk kif l-attakkant Norveġiż Erling Haaland ġie mwaqqa’ fil-kaxxa mid-difensur Ġermaniż Antonio Rudiger.
Il-penalty ta’ Manchester City ġie mogħti mill-istess Halaand u minn ħdax-il metri poġġa lil Citizens fil-vantaġġ u jagħti rebħa lil Manchester City.

Napoli tilfu bl-iskor ta’ 2-0 barra minn darhom kontra Benfica.
Kien l-midfielder Kolombjan Richard Rios li poġġa lil Benfica fil-vantaġġ wara għoxrin minuta logħob.
Wara erba’ minuti logħob tat-tieni taqsima, l-midfielder ċentrali Leanardo Martins żied it-tieni gowl għal Benfica u ta r-rebħa lit-tim Portugiż.
Arsenal rebħu b’mod konvinċenti kontra Club Brugge bl-iskor ta’ 3-0 u jżommu posthom
fl-ewwel post tal-klassifika.
Fil-25 minuta, il-winger Ingliż Noni Madueke b’xutt mill-isbaħ poġġa lil Arsenal fil-vantaġġ.
Arsenal jiskorjaw it-tieni gowl żewġ minuti fit-tieni taqsima u jkun l-istess plejer
Madueke li jerġa’ jixxutja xutt mill-isbaħ.
Gabriel Martinelli jiskorja t-tielet gowl u wkoll jixxuttja xutt mill-isbaħ.
Juventus jirbħu bla ebda problemi kontra Pafos fl-Allianz Stadium bl-iskor finali jkun ta’ 2-0.
Il-logħba kienet deċiża fit-tieni taqsima meta l-midfielder Amerikan Weston McKennie fetaħ l-iskor tal-logħba minn assist tal-plejer laterali Andrea Cambiaso.
Ftit minuta wara, l-attakkant Kanadiż, Jonathan David jagħmel l-iskor 2-0 minn assist tal-istilla Kenan Yildiz.