Lokali

Medcomms Round Malta Race mir-Royal Malta Yacht Club

Ir-Royal Malta Yacht Club tagħlaq il-kalendarju tat-tiġrijiet għall-2025 bil-Medcomms Round Malta Race, li għandha ssir fit-13 ta’ Diċembru. Hija waħda mill-aktar avvenimenti popolari tal-Club, fejn l-edizzjoni ta’ din is-sena qed tieħu dimensjoni kompetittiva, b’23 dgħajsa kkonfermati fuq il-lista tal-parteċipanti.

Il-flotta tiġbor fiha taħlita b’saħħitha u bilanċjata ta’ dgħajjes magħrufa bħala ‘racers’ u ‘cruisers’. Ta’ min jinnota li din is-sena rat żieda ta’ parteċipazzjoni fil-klassi cruisers, li turi l-appell dejjem jikber tar-Round Malta Race fost klassijiet differenti.

Il-briefing obbligatorju tat-tiġrija sar fir-Royal Malta Yacht Club. Fost l-ewwel dħul hemm Calypso ta’ Sebastian Ripard, rebbieħ overall tas-sena li għaddiet, li se terġa’ tipprova tiddefendi t-titlu kontra grupp qawwi ta’ kontendenti fosthom Elusive 2 tal-aħwa Podesta, Jubatus ta’ Sean Borg, Ton Ton Laferla ta’ Jonathan Gambin, Vivace ta’ Andrew Agius Delicata u Matthew Gabriele, kif ukoll Lartista ta’ Anton Calleja – kollha b’serje ta’ riżultati tajbin fit-tlielaq tal-Royal Malta Yacht Club.

Fill-klassi tal-cruisers fost oħrajn hemm ukoll Inspiration ta’ Godwin Zammit, Kira ta’ Gino Cutajar u Thunder Child ta’ Matthew Zarb Cousin.

Bi flotta kompetittiva, parteċipazzjoni akbar tal-cruisers u lineup attraenti ta’ premjijiet, il-Medcomms Round Malta Race 2025 għandha tkun tmiem emozzjonanti u xieraq għall-istaġun tat-tiġrijiet tar-Royal Malta Yacht Club.