Lokali

PROFILI: “Jekk nibnu b’mod sabiħ, inħallu warajna pajjiż isbaħ milli sibnih” – Daniel Cilia

Illejla matul PROFILI se nkunu qed niltaqgħu ma’ Daniel Cilia, fotografu rinomat mhux ftit li se jkun qed jaqsam ħajtu matul intervista ta’ aktar minn siegħa.

Ma’ Daniel id-diskussjoni se teħodna fuq Għawdex tal-passat, u llum, iżda wkoll in-namra tiegħu lejn il-fotografija, u kif minn età żgħira ħafna, kien beda kollox.

“Irnexxieli nieħu ritratt bl-Etna tidher wara l-Katidral tal-Imdina”

Il-profil se jaqsam magħna l-esperjenza tiegħu meta kien jgħallem f’Oslo, u anki f’Firenze, dan apparti wkoll il-pubblikazzjonijiet tal-profil li llum huma aktar minn 150 ktieb.

PROFILI, illejla fit-8.30pm fuq NET TV, bi produzzjoni u preżentazzjoni ta’ James Aaron Ellul, b’muntaġġ ta’ Bernice Seychell.

Wieħed jista’ jsegwi l-episodji kollha ta’ ‘PROFILI’ fuq YouTube jew anki Spotify.