Raġel mill-Mosta kellu jittieħed b’urġenza l-Isptar Ġenerali t’Għawdex wara li waqa’ madwar żewġ sulari minn gallarija ta’ residenza fl-Għarb, Għawdex.
Il-każ seħħ għall-ħabta tas-0730hrs tal-Erbgħa filgħodu fi Sqaq Nr.4, fi Triq Franġisk Portelli, meta għal xi raġuni r-raġel ta’ 39 sena waqa’ żewġ sulari.
Fil-post ġie msejjaħ minnufih tim mediku tal-ambulanzi li ħa r-raġel l-isptar għal aktar kura fejn ġie ċċertifikat li ġarrab ġrieħi gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.
//= $special ?>

