Malta Public Transport ħabbret servizz speċjali f’tal-linja għaċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ewwel tas-Sena, fil-Belt Valletta.
Fi stqarrija kien imħabbar li se jkun hemm vjaġġi miżjuda ma’ 16-il rotta regolari kif ukoll 5 oħra ta’ bil-lejl li se jkunu qed jibqgħu għaddejjin mal-lejl bil-għan li dawk li se jkunu qed jattendu għaċ-ċelebrazzjonijiet ikunu jistgħu jaslu d-dar.
Dan is-servizz se jkun bla ħlas għal dawk li għandhom it-Tallinja Card u għal dawk li m’għandhomx jistgħu jixtru biljett abbord tal-linja għall-ħlas ta’ €3.
Intant kien imħabbar ukoll li f’Jum il-Milied u fl-Ewwel tas-Sena s-servizz se jkun sospiż temporanjament bejn il-ħin ta’ nofsinhar u t-tlieta ta’ waranofsinhar bħalma jsir kull sena, bil-għan li l-ħaddiema jkunu jistgħu jqattgħu ħin mal-maħbubin tagħhom.
Is-servizz f’dawk il-jumejn se jkun qiegħed jieqaf mid-disgħa ta’ filgħaxija ‘l quddiem.
//= $special ?>

