Lokali

Anzjana weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn karozza f’Birkirkara

Anzjana ta’ 75 sena residenti Birkirkara weġġgħet gravi wara li ntlaqtet minn Mazda Demio li kienet qed tinstaq minn raġel ta’ 27 sena residenti San Ġwann.

L-inċident seħħ il-Ħamis, fl-10 am fi Triq Fleur-De-Lys, Birkirkara.

Il-mara ngħatat l-għajnuna minn tim mediku, ittieħdet l-isptar b’ambulanza u ġiet iċċertifikata li sofriet ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija b’rabta mal-każ għadhom għaddejjin.