Lokali

Attendenza numeruża għall-attività soċjali fid-Dar Ċentrali

Il-Ħamis filgħodu, id-Dar Ċentrali tal-PN fetħet il-bibien għal diversi persuni li pparteċipaw f’attività soċjali li kienet waħda ta’ suċċess… u li ġibdet attendenza numeruża ferm.

Alex Borg attenda għal din l-attività, u innotta l-entużjażmu u l-enerġija pożittiva ta’ dawk preżenti.

Hu stqarr li l-Partit Nazzjonalista beda kapitlu ġdid… il-kapitlu tar-rebħa. U tenna li l-Partit Nazzjonalista għandu bżonn l-għajnuna u l-kontribuzzjoni ta’ kull faxxa tas-soċjetà, mill-kbir saż-żgħir – għalhekk ħeġġeġ lil kulħadd biex jagħti l-kontribut tiegħu nhar il-Ħadd waqt il-Maratona Ġbir ta’ Fondi.

Din l-attività soċjali kienet parti mill-attivitajiet li qed isiru fid-Dar Ċentrali b’rabta ma’ żmien tal-Millied.

Għal din l-attività attendew ukoll il-Viċ Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Perici Calascione u s-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello li tkellmu ma’ dawk kollha preżenti fejn irringrazzjawhom tal-appoġġ kontinwu tagħhom lejn il-Partit Nazzjonalista.

Attendew ukoll diversi kandidati tal-Partit Nazzjonalista.