Gżira United………3
Naxxar Lions……..1
Gżira United: E. Colombo, G. Mentz, D. Abela, A. Borg, Andre (S. Roh 94’), L. Riascos (Pablo Fonseca 94’), J. Becerra, M. Van de Bovenkamp, D. Xuereb, J. Bonilla (B. Borg 78’), Kanté (Santiago Martínez 78’)
Naxxar Lions: M. Debono, T.Kruger (C. Kontchou 68’), Gustavo Felipe, N. Pace Cocks, Firmino (O. Portelli 79’), Edson Farias (E. Bolaños 68’), C. Gauci (M. Fenech 79’), Rosiel, G. Goncalves, S. Guehi (Vinícius Baiano 55’), João Moura
Referee: Emanuel Grech
Imwissja: L. Riascos 14’ (G), Rosiel 21’ (N), S. Guehi 45 + 1’ (N), C. Gauci 54’ (N), J. Beccera 57’ (G), Andre 90 + 5 (G)
Skorjaw: J. Becerra 30’ (G), Kanté 66’ (G), João Moura 85’ (N), Santiago Martínez 90 + 2 (G)
Gżira United komplew bil-mument pożittiv tagħhom meta fl-ewwel logħba minn match day 13 tal-Opening Round tal-Malta Premier, fil-fażi tal-Bottom Six, huma għelbu lil Naxxar Lions 3-1. Dan kien is-sitt riżultat konsekuttiv pożittiv għal Gżira United fil-Kampjonat, u li matulhom dejjem rebħu tal-anqas punt.
Apparti minn hekk f’temp ta’ kważi xahar, il-Gżirjani reġgħu rebħu tliet punti oħra kontra t-tim taħt il-gwida teknika ta’ George Vella, wara li fil-bidu ta’ Novembru kienu għelbu lil Naxxar Lions 2-1.
Il-maroons fetħu l-iskor man-nofs siegħa logħob b’konklużżjoni tal-Kolombjan, Jork Becerra li għelbet lill-gowlkiper żagħżugħ ta’ Naxxar Lions, Matthias Debono għal skor ta’ 1-0.
Kanté żied l-iskor, 11-il minuta mil-ftuħ tat-tieni taqsima għal skor parzjali ta’ 2-0. Dan kien it-tielet gowl f’dan il-Kampjonat, għall-attakkant Brażiljan ta’ 27 sena.
Ħames minn mit-tmiem tal-logħba, João Moura reġa’ daħħal lil Naxxar Lions fil-partita, b’gowl li żied l-inċertezza ta’ fejn setgħa jmur ir-riżultat fl-aħħar miniuti tal-logħba.
Madankollu, l-iskwadara mmexxija minn Darren Abdilla, aċċertat mir-riżultat, b’żewġ minuti fuq id-90 minuta, meta l-eks winger ta’ Melita, Santiago Martínez xeħet wara Debono għal dak li kien l-aħħar gowl tal-partita u li ta rebħa ta’ 3-1 lill-Gżirjani.
//= $special ?>

