Illum Ħamrun Spartans se jkunu qed jaffrontaw lit-tim Ukren ta’ Shaktar Donetsk fil-UEFA Conference League.
Dan wara perjodu ta’ kważi ġimagħtejn ta’ preparazzjoni mill-aħħar impenn tagħhom fil-Jubilee Cup.
L-Ispartans jidħlu għal dan il-konfront b’kunfidenza wara r-rebħa storika ta’ 3-1 kontra Lincoln Red Imps, li fissret l-ewwel punti tagħhom f’din il-kompetizzjoni.

F’kummenti li ta lill-media, il-kowċ Taljan ta’ Ħamrun Giacomo Modica qal li l-pawsa għenet lit-tim jitħejja
b’mod aktar organizzat u saħaq li l-iskwadra diġà wriet livell kompetittiv fl-ewwel erba’ partiti Ewropej.
Modica ddeskriva lil Shakhtar bħala tim b’saħħtu u strutturat, iżda tenna li Ħamrun għandhom il-kwalità
biex jagħtu risposta pożittiva.

Mal-midja tkellem ukoll d-difensur Emerson Marcelina , li wera l-ottimiżmu lejn it-tim
Ħamruniż u qal li l-Ispartans se jagħtu l-massimu tagħhom, speċjalment quddiem il-partitarji Ħamrunizi.
Huwa rrimarka li l-għan ta’ Shakhtar hu li javvanzaw f’din il-kompetizzjoni, filwaqt li saħaq li Ħamrun jibqgħu determinati li jikkwalifikaw.

Ritratti: Joseph Galea
Bħalissa Ħamrun Spartans jinsabu fit-30 post bi tliet punti, żewġ punti biss bogħod miż-żona tal-play-offs, u b’hekk kollox jkun possibbli f’din il-fażi tal-UEFA Conference League.
//= $special ?>

