Fin-National Christmas Trophy żewġ partiti interessanti hekk kif Cospicua Rangers jilagħbu kontra Tim A Ħamrun 147 filwaqt li Tim A Qormi Pinto kontra Tim A Mrieħel Billiard House.
Fir-Regional Christmas Trophy, digà kkwalifikaw San Ġwann Tiki Taka Spartans, San Ġwann Tiki Taka Boys, Tim B Ħamrun 147 u Valletta Fossa Boys.
San Ġwann Tiki Taka Spartans għelbu lil Tim C Ħamrun 147 21-13 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Boys għelbu lil Selmun Sports Club 23-21.
Tim B Ħamrun 147 għelbu lil Tim B Qormi Pinto 23-22 filwaqt li Valletta Fossa Boys kienu bye.
Fl-ewwel leg tal-ewwel semifinali li ntlagħbet, Tim B Ħamrun 147 għelbu lil Valletta Fossa Boys 13-7.
Fil-Community Christmas Trophy, Cospicua Rangers għelbu lil Floriana 21-19 filwaqt li San Ġwann Tiki Taka Buddies u 1889 Bar Ħamrun kisbu skor identiku ta’ 21-13 kontra Siġġiewi Montekristo u Tim B Balzan rispettivament. Birkirkara Boċċi kkwalifikaw għas-semifinali meta għelbu 21-12 lil Tim B Birkirkara Boċċi.
Fis-semifinali Cospicua Rangers jilagħbu kontra San Ġwann Tiki Taka Buddies filwaqt li 1889 Bar Ħamrun kontra Birkirkara Boċċi.
//= $special ?>
