L-Awstrija għaddiet liġi biex ma tippermettix aktar li l-bniet taħt l-14-il sena jilbsu x-xalel ma’ rashom waqt li qed jattendu l-iskola. Dan meta l-koalizzjoni konservattiva ta’ tlett partiti taċ-ċentru — ÖVP, l-SPÖ u Neos – qalet li l-liġi tirrifletti biċ-ċar ‘impenn lejn l-ugwaljanzi bejn is-sessi’ – bil-kritiċi jwieġbu li l-miżura kapaċi qed issir bi ksur tal-Kostituzzjoni hi u tixpruna s-sentimenti anti-Musulmani fil-pajjiż.
Sadanittant, il-liġi qed torbot lill-ibniet kollha li jattendu l-iskejjel privati u pubbliċi u li, issa, huma projbiti milli jgħattu rashom ‘bi stil tradizzjonali Musulman’ permezz tal-hijab u l-burka. Dan wara li fl-Awstrija, fl-2020, kienet kostretta li tirtira projbizzjoni simili għall-bniet bħala ‘aġir immirat speċifikament għall-Musulmani’.
//= $special ?>
