Lokali

Nhar it-Tnejn: 100 jum ta’ Alex Borg bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista

Nhar it-Tnejn li ġej, il-Partit Nazzjonalista, se jkun qed jiċċelebra il-100 jum ta’ Alex Borg bħala l-Kap tal-Partit Nazzjonalista. 100 jum ta’ entużjażmu u enerġija pożittiva li ġibdet diversi persuni, inkluż żgħażagħ, lejn l-istess partit.

Din l-attivita se tkun qed tibda b’mass rally propju quddiem id-Dar Ċentrali fejn bħalissa ta’ kull filgħaxija qed isiru attivitajiet differenti b’rabta mal-Millied. Il-Mass Rally se jibda fis-6:30, u se jkun indirizzat mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg.

Matul din l-attivita dawk li jattendu se jkun qed isegwu u jiċċelebraw il-ħidma kontinwa ta’ Alex Borg matul dawn l-aħħar xhur.

Waqt il-Kampanja Elettorali tegħu Alex Borg kien għamel diversi proposti, u permezz tad-dedikazjoni tiegħu diġà wettaq dak li ntrabat li jagħmel. Fosthom li jinħatar Kap Eżekuttiv tal-Partit Nazzjonalista – rwol li ngħata lil Sabine Agius Cabourdin.

Alex Borg kien ħabbar ukoll li se jkun qed iniedi kampanja ta’ Crowdfunding; kampanja li ġiet imnedija ftit tal-jiem ilu u li kienet suċċess enormi. B’din l-istess kampanja ta’ crowdfunding bl-isem ta’ ‘Tama’ twassal biex il-Partit Nazzjonalista fil-jiem li ġejjien ikollu l-ewwel podcast tal-Partit. Dan filwaqt li Alex Borg ippubblika wkoll in-nefqa tal-elezzjoni għal Kap tal-Partit Nazzjonalista u għamel dan fi żmien li kien wiegħed.

Fuq kollox Alex Borg matul dawn il-mitt jum fetaħ il-bieb għal kulħadd u ltaqa’ ma’ diversi persuni. U għalhekk kulħadd huwa mistieden biex jattendi din l-attivita ta’ nhar it-Tnejn.

Il-Mass Rally se jkun segwit minn spettaklu mużikali mill-band Versatile u diversi DJ’s, flimkien ma’ divertiment għall-familja kollha.

Intant, nhar it-Tnejn il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kif wiegħed ukoll se jkun qed jippubblika l-kontijiet finanzjari tal-Partit Nazzjonalista.