Il-persuni minn pajjizi terzi (TCN’s) fl-impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 kienu jammontaw għal 87,624.
Persuni fl-impjieg sal-aħħar ta’ Ġunju 2025 minn pajjizi terzi (TCN’s) kienu jammontaw għal 86,296 fis-settur privat; 453 fis-settur pubbliku u 875 fis-settur ċivili; mill-Unjoni Ewropea 40,159 fis-settur privat; 660 fis-settur pubbliku
331 fis-settur ċivili; waqt li l-Maltin kienu 148,791 fis-settur privat; 21,827 fis-settur pubbliku u 34,134 fis-settur ċivili.
Skont ukoll data sal-aħħar ta’ Ġunju 2025, l-aġenziji tal-impjieg kienu jħaddmu 26,848 ħaddiema, li minnhom 16,804 huma persuni minn pajjiżi terzi, 2,126 minn pajjiżi fl-Unjoni Ewropea, u 7,918 li huma Maltin. L-aġenziji tal-impjieg li jħaddmu lil dawn il-persuni jistgħu jkunu qed jassenjawhom f’postijiet tax-xogħol differenti.
Din l-informazzjoni ngħatat fil-Parlament mill-Ministru Byron Camilleri. Id-Deputat Nazzjonalista Ivan Castillo staqsa lill-Ministru għall-Intern, is-Sigurtà u x-Xogħol jagħti n-numru ta’ ħaddiema minn pajjiżi terzi (TCNs); ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin li huma attwalment reġistrati għax-xogħol ma’ Jobsplus.
Staqsa wkoll kemm minnhom huma reġistrati ma’ aġenziji tal-impjiegi, u jippreżenta tabella b’kemm TCNs, ċittadini tal-Unjoni Ewropea mhux Maltin u ċittadini Maltin jaħdmu permezz ta’ aġenziji tal-impjiegi fis-setturi tal-ospitalità; tal-kostruzzjoni; tas-sigurtà; tad-domestic cleaning; tal-office cleaning; tal-carers; tan-nurses; tal-edukazzjoni; tal-LSEs; tal-cleansing u manutenzjoni tal-lokalitajiet; tal-marittimu; tal-avjazzjoni; tal-bejgħ bl-imnut (retail); tax-xogħol ta’ uffiċċju; tal-call centres; tal-managers u amministraturi; tal-enforcement tat-traffiku; u tas-settur pubbliku u ċivili.
//= $special ?>

