Il-Pulizija Britannika qed tinvestiga s-serqa ta’ aktar minn 600 oġġett ta’ valur kbir storiku u kulturali u li saret mis-sala tal-arkivji fil-Mużew ta’ Bristol…Din hi waħda mill-akbar serqiet ta’ dan it-tip u fejn il-ħallelin telqu b’ammont sinifikanti ta’ memorabilia militari, ġojjellerija, biċċiet tal-ivorju, figurini tal-fidda u l-bronż u oġġetti oħrajn storiċi.
Dawn l-affarijiet prezzjużi jiffurmaw parti mill-British Empire and Commonwealth collection ta’ dan il-mużew u l-pulizija, issa, qed tiċċirkula r-ritratti ta’ erba’ irġiel li nqabdu f’dik is-sezzjoni tal-mużew permezz tas-CCTV.
L-Ogħla Uffiċjali mal-Korp qalu li ‘mhumiex se jieqfu l-isforzi intensivi biex huma jirkupraw dawn l-oġġetti ta’ valur kulturali imprezzabbli u li huma wkoll telfa kbira għall-belt ta’ Bristol.’
//= $special ?>

