Ir-rettur tal-Università Amerikana f’Malta Victoria Fontan, irreżenjat mill-irwol tagħha, inqas minn sitt xhur wara li ħadet dan l-impjieg. Bir-raġuni ewlenija tkun ‘il-governanza u arranġamenti ta’ sorveljanza’.
L-Università Amerikana f’Malta hija istituzzjoni kontroversjali ferm, u Victoria Fontan ħabbret din ir-riżenja fuq LinkedIn.
U filwaqt li hi fuq is-social media qalet li r-riżenja tagħha hija prinċipalment minħabba li għamlet id-dover tagħha billi ġabet l-istudenti mill-Afghanistan, it-Times of Malta kkonfema li skont ir-riżenja tagħha, ir-raġuni ma kinitx dik, iżda kienet tibdil fl-organizzazjoni li jillimitaw l-abiltajiet tagħha.
//= $special ?>

