Il-waterpolo lokali jinsab f’luttu wara li tħabbret il-mewt ta’ wieħed mill-amministraturi veterani tal-logħba, Dr Clarence Busuttil. L-avukat, li fl-aħħar snin kien involut fil-ħidma amministrattiva tal-klabb ta’ San Ġiljan, miet fl-età ta’ 66 sena.
Busuttil kien President Onorarju ta’ San Ġiljan ASC u riċentement serva wkoll fir-rwol ta’ Direttur Tekniku għat-tim tan-nisa tal-waterpolo tal-klabb Ġiljaniż.
Permezz ta’ stqarrija fuq il-midja soċjali, San Ġiljan ASC sellem il-memorja ta’ Busuttil billi esprima “il-gratitudni tagħna għall-lealtà kontinwa tiegħu, id-dedikazzjoni bla waqfien u l-impenn sod tiegħu lejn il-klabb tagħna matul is-snin. Il-legat tiegħu se jibqa’ parti permanenti mill-istorja tagħna.”
Fil-passat, l-avukat Busuttil kellu wkoll sehem fl-eżekuttiv tal-Kumitat Olimpiku Malti, fejn serva bħala Chairman tal-Kummissjoni Legali tal-MOC.
Id-Dipartiment Sportiv ta’ Net Media jestendi l-kondoljanzi sinċieri tiegħu lill-familjari ta’ Dr Clarence Busuttil.
//= $special ?>

