Futbol Sport

Żewġ gowls fit-tieni taqsima jagħtu r-rebħa lil Shakhtar Donetsk fuq Ħamrun Spartans

(Ritratt: Joseph Galea)

Garcia u Smajlagic ta’ Ħamrun jissieltu għall-ballun (Ritratt: Joseph Galea)

Neil Camenzuli

ĦAMRUN SPARTANS………………0

SHAKTHAR DONETSK……………2

Ħamrun Spartans: H.Bonello, R.Compri, M.Garcia, J.Mbong (M.El Farnis 65′), S.Smajlagic (S.Meijer 65′), N.Koffi, (S.Attard 65′) J.Cadjenovic (D.Simkus 75′), A.Coric, O.Bjelicic, M.Emerson (S.Xerri 75′) , R.Camenzuli

Shaktar Donetsk: K.Fesjun, V.Bondar, Pedrinho (Eguinaido 67′), Isaque, I.Azarov (M.Faryna 90′), A.Ghram, A.Bonderenko (O.Ocheretko 45’), Y.Konoplia (V.Tobias 45’), Y.Nzaryna, L.Ferreira, L.Meirelles (K.Elias 81′)

Referee: Florian Badstubner (Ġermanja)

Imwissija: Y. Konoplia 10’, O.Ocheretko 50′, Eguinaldo 90′ (S) J.Mbong 52′, M.Garcia 58′ (Ħ)

Skorjaw: L.Meirelles 61′, Isaqua 64′ (S)

Shakthar joħorġu perikolużi wara 7 minuti logħob minn ġirja fit-tul tad-difensur laterali Konoplia li baqa’ dieħel sat-tarf tal-kaxxa u bix-xellug ittanta xortih u jolqot il-lasta.

Ħamrun jirrispondu bl-iżjed mod aggressive possibli u jttellgħu żewġ attakki perikolużi, b’Ndri Koffi jkollu ċans li jsib ix-xibka f’wieħed minnhom b’xutt imdawar lejn ir-rokna ta’ fuq tal-lemin wara 14-il minuta logħob.

Id-difensur laterali Rafael Comrpi jattakka lil Lucas Ferreira ta’ Shakhtar (Ritratt: Joseph Galea)

Shakthar b’azzjoni oħra fil-25 minuta meta Lucas Meirelles jaqbeż lil Marcellina u jitħol fil-kaxxa u jixxutja fil-baxx, b’Bonello jsalva tajjeb fil-baxx.

L-iżjed azzjoni perikoluża tal-partita tmur għal Ħamrun Spartans fl-40 minuta meta Joseph Mbong jaħrab b’ġirja mill-kaxxa tal-Ispartans u jibqa’ tiela sal-kaxxa tal-avversarji fejn eventwalment jilagħab ballun filltranti lejn Ante Coric li daħal b’ġirja fil-kaxxa u xxuttja bix-xellug, madankollu l-goalkeeper Fejsun laqa’ tajjeb it-tentattiv fil-baxx tal-Kroat.

L-ewwel taqsima tintemm 0-0, bl-Ispartans iżommu l-livell mal-avversarji Ukreni.

Bjelicic ta’ Ħamrun Spartans iqassam il-ballun il-quddiem (Ritratt: Joseph Galea)

Ħamrun Spartans joħorġu fuq l-attakk sa mill-ewwel minuti tat-tieni taqsima hekk kif jerġgħu jkunu perikolużi minn tentattiv ta’ Joseph Mbong mid-distanza hekk kif Fesjun kien barra minn postu, madankollu ma rnexxielux jikkonkludi fix-xibka u tefa’ għoli.

Fid-59 minuta 4 tentattivi fix-xibka f’10 sekondi għall-Ukreni, bid-difiża Ħamruniża u Bonello jirrifjutaw li jaqalgħu l-gowl.

Minkejja l-isforżi kollha tal-Ħamruniżi, Shakhar ikunu b’saħħithom wisq għall-Maltin. Jiftħu l-iskor l-Ukreni fil-61 minuta minn gowl tajjeb ta’ Luca Meirellas u jirdoppja l-iskor tlett minuti wara Isaque meta qabbeż il-ballun minn fuq ras Bonello minn pass ta’ Pedrinho.

Partita magħluqa għall-kumplament tal-partita bl-Ukreni jdawru l-pussess tal-ballun u jkunu kuntenti li jżommu l-vantaġġġ ta’ żewġ gowls, filwaqt li Ħamrun Spartans jibqgħu jippressaw madankollu ma jirnexxielhomx jirbħu l-ballun u joħolqu azzjonijiet perikolużi.

Matias Garcia jaffronta lid-difensur ta’ Shakhtar (Ritratt: Joseph Galea)