Lokali

Se ssir ikla bħala parti mill-attivitajiet bit-tema “Milied Miegħek”

Il-Ġimgħa filgħaxija se ssir ikla barra d-Dar Ċentrali, bħala parti mill-attvitajiet tal-Milied li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalista għal din is-sena, bit-tema “Milied Miegħek”.

Milied Miegħek jilħaq il-qofol tiegħu l-Ħadd u t-Tnejn li ġejjin. U f’dawn il-jiem saru diversi attivitajiet, kif ukoll intramaw stands b’xorb u ikel barra d-Dar Ċentrali tal-PN.

Il-Ħadd se ssir Maratona Ġbir ta’ Fondi bejn 12pm u l-11pm fuq NET Television u NET FM, bid-divertiment jibqa’ għaddej ukoll fuq barra tad-Dar Ċentrali.

It-Tnejn 15 ta’ Diċembru, imbagħad, jaħbat il-100 jum tal-Kap il-ġdid tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. U dan se jiġi ċċelebrat b’attività tal-massa quddiem id-Dar Ċentrali li se tkun indirizzata minn Alex Borg, u li tibda fis-6pm.