“L-inklużjoni u d-dinjità tal-bniedem huma ta’ prijorita għall-Partit Nazzjonalista. Id-drittijiet umani huma universali, u ma jistgħux jiġu negozjati.”
Hekk sostna l-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg, f’laqgħa li kellu ma’ rappreżentanti ta’ Drachma Parents, il-Malta LGBTIQ Rights Movement u Checkpoint Malta – laqgħa li saret fid-Dar Ċentrali tal-PN.
Matul it-taħditiet, li saru proprju l-għada tal-Jum Dinji tad-Drittijiet tal-Bniedem, l-organizzazzjonijiet iddiskutew il-prijoritajiet tagħhom kif ukoll ir-realtajiet li jħabbtu wiċċhom magħhom numru ta’ persuni; inkluż kwistjonijiet relatati mal-ugwaljanza, hate speeech, ibbuljar fuq il-post tax-xogħol, aċċess għas-servizzi tas-saħħa u ta’ appoġġ u l-kriżi tal-HIV, fost l-oħrajn.
Min-naħa tiegħu l-Kap tal-Partit Nazzjonalista tenna kif il-Partit Nazzjonalista jsaħħaħ is-servizzi tas-saħħa sesswali u jsaħħaħ il-liġijiet eżistenti dwar l-ugwaljanza u kontra d-diskriminazzjoni.
Matul din il-laqgħa l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg kien akkumpanjat mid-Deputat Graziella Attard Previ u l-President tal-FOIPN Jamie Vella.
//= $special ?>

