Raġel kien ferut gravi wara inċident tat-traffiku f’Għajnsielem, Għawdex.
Kienu għall-ħabta tas-7:15pm meta raġel ta’ 48 sena residenti Kerċem kien qed isuq mutur li għal xi raġuni ħa n-nar, bil-konsegwenza li tilef il-kontroll tiegħu u waqa’ fi Triq l-Imġarr, f’Għajnsielem.
Ir-raġel ingħata l-ewwel għajnuna fil-post minn tim mediku mill-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex, filwaqt li ttieħed l-Isptar għal aktar kura.
Is-sewwieq tal-mutur ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. Filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejin.
//= $special ?>

