Time Magazine għażlet “the architects of artificial intelligence” bħala l-person of the year għall-2025, li jfisser mument storiku fejn it-titlu jingħata mhux lil individwu wieħed, iżda lill-moħħ kollettiv li qed jifforma l-futur tat-teknoloġija li qed tagħmel avvanzi kbar.
Dan ir-rikonoxximent wera kemm l-AI biddlet is-soċjetà b’mod mill-aktar mgħaġġel u l-irwol li kellhom dawn in-nies fl-avvanzi tagħha.
Fost dawk li dehru fuq waħda miż-żewġ faċċati tal-magazine hemm il-kap ta’ Nvidia, Jensen Huang; ic-CEO ta’ Meta Mark Zuckerberg, is-sid ta’ X Elon Musk; il-pioneer tal-AI Fei-Fei Li, Sam Altman ta’ OpenA; il-mexxej ta’ AMD Lisa Su, il-ko-fundatur ta’ Anthropic Dario Amodei; u l-kap ta’ Google DeepMind Demis Hassabis. It-tieni faċċata turi rappreżentazzjoni artistika tal-“AI” imdawra mill-ħaddiema u s-sistemi li jappoġġjawha.
L-edituri ta’ Time argumentaw li l-individwi li jmexxu l-progress tal-Intelliġenza Artifiċjali kellhom l-akbar influwenza fuq is-soċjetà globali din is-sena, billi aċċelleraw id-dinja lejn futur awtomatizzat.
L-analisti jaqblu li dan il-mument huwa sinifikanti, b’Thomas Husson ta’ Forrester iddeskriva l-2025 bħala punt ta’ bidla, b’AI li saret inkorporata fil-ħardwer, softwer, u servizzi ta’ kuljum.
Dan filwaqt li wissew ukoll li l-kwistjonijiet bħall-użu tal-enerġija, id-data tat-taħriġ, u l-impatt fuq ix-xogħol għadhom qed jaqsmu l-opinjoni pubblika.
//= $special ?>

