Hawn diversi żgħażagħ u persuni li għaddejjin minn bidla fl-istatus ċivili tagħhom li l-housing qed tkun preokupazzjoni serja – il-Mexxejja tal-pajjiż huma konxji mill-problemi tal-akkomodazzjoni.
Sostniet dan fid-diskors tagħha l-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono f’okkażżjoni ta’ Jum ir-Repubblika fil-Palazz tal-Gran Mastru fil-Belt Valletta, fejn filwaqt li faħħret lill-Knisja tax-xogħol li qed twettaq f’dan is-settur – il-President irrikonoxxiet li tul is-snin amministrazzjonijiet varji għamlu xogħol fil-Housing Soċjali, hija insistiet li hemm bżonn ta’ aktar ħidma biex jittaffew l-effetti tas-suq tal-akkomodazzjoni fuq min mhux ilaħħaq.
Hija appellat sabiex nilqgħu għas-sitwazzjoni qabel tibqa’ tikber.
Il-President Myriam Spiteri Debono sostniet li fost dawn il-persuni m’hemmx biss barranin iżda anke Maltin madanakollu saħqet li dan huwa fost eleneku ta’ sitwazzjonijiet u nuqqasijiet li qed jinħassu biż-żieda fil-popolazzjoni.
Hija wissiet sabiex inżommu l-attenzjoni hekk kif bl-ekonomija li ħadmu biha l-aħħar Gvernijiet issa rridu naħdmu fuq l-inklużjoni u l-integrazzjoni, bil-President tisħaq li hemm min li qed jagħmel lill-Malta pajjiżu u li maż-żmien uliedhom ser ikunu Maltin.
Myriam Spiteri Debono tkellmet ukoll dwar Għawdex hekk kif spjegat li kull bidla li ssir f’din il-gżira tinħass bil-kbir minħabba ċ-ċokon tagħha u għalhekk spjegat li kull deċiżjoni u pass li jsir għandu jittieħed biex isostni l-identità u l-karattru ta’ Għawdex.
Hija fakkret li t-turiżmu huwa ċentrali għall-ekonomija Għawdxija u la darba jittieħdu deċiżjonijiet li jgerxu lit-turist minn Għawdex ibgħati l-poplu Għawdxi kollu. B’hekk sostniet li teħtieġ viżjoni fit-tul.
Intant, appellat lill-mexxejja tal-pajjiż sabiex jeżaminaw is-sitwazzjoni ta’ tbatija psikoloġika u emozzjonali li ċertu persuni jħossu f’dak li għandu x’jaqsam tibdil tal-ġeneru.
Il-President Myriam Spiteri Debono saħqet li dawn il-persuni li jkollhom bżonn jirrikorru għall-kirurġija rigward dawn il-każijiet għandhom jiġu mgħejuna u mhux jitħallew jgħixu ħajjithom b’kundanna.
Hija spjegat li ħadd m’għandu jbagħti l-preġudizzji filwaqt li fakkret li dawn huma uliedna u jeħtieġ li jingħataw il-forza biex iħossuhom bnedmin sħaħ.
Finalment, il-President ta’ Malta saħqet li fix-xhur li ġejjin kemm il-Gvern kif ukoll l-Oppożizzjoni jridu jaqblu fuq min se jkun qiegħed jintgħażel bħala Prim Imħallef ġdid. Għalhekk hija sostniet li huwa desiderabbli li jintlaħaq ftehim bejniethom biż-żewġ terzi u fl-istess ħin faħħret is-sinerġija li hemm bejniethom f’dak li għandu x’jaqsam xogħol u familja.
Il-President Myriam Spiteri Debono insistiet li Malta għandha tibqa’ tarka ta’ sigurtà u paċi fil-Baħar Mediterran, b’kull mezz li jwassal għal sentiment ta’ paċifikazzjoni u mhux ritaljazzjoni.
//= $special ?>

