Lokali

Ferħ u divertiment waqt il-festin tat-tfal fid-Dar Ċentrali

Is-Sibt waranofsinhar l-attivitajiet tal-Milied fid-Dar Centrali komplew b’festin tat-tfal organizzat mill-Partit Nazzjonalista bħala parti mill-villaġġ tal-Milied, bit-tema “Milied Miegħek”.

Din l-attivita offriet atmosfera divertenti għat-tfal kollha li attendew; fejn  il-band lokali sinonima mal-kanzunetti tal-Milied, il-grupp X-Tend & Choir .. fetħu l-ispettaklu, segwiti minn animazzjoni, face painting, u żjara minn Santa Klaus, fost oħrajn.

Net News tkellem mat-tfal preżenti u staqsejnihom x’qed jistennew f’dan il-milied .. B’uħud qalulna li ma jixtiequ xejn ħlief li tissaħħaħ l-għaqda u l-paċi bejnietna.

Preżenti għal din l-attività kien hemm il-Kap tal-PN Alex Borg, li kien akkumpanjat minn Sarah, mis-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Charles Bonello, u mis-Segretarju Ezekuttiv organizzativ Stefan Caruana.

Intant, il-Ħadd 14 ta’ Diċembru se jkun iddedikat għall-maratona ġbir ta’ fondi, bl-involviment ta’ għadd kbir ta’ voluntieri. Il-maratona se tinfirex barra d-Dar Ċentrali u fis-sulari kollha, b’attività kontinwa f’kull rokna.

Il-qofol se jintlaħaq fil-15 ta’ Diċembru, fil-100 jum tal-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg. U dan se jiġi ċċelebrat b’attività tal-massa quddiem id-Dar Ċentrali li se tkun indirizzata proprju minn Alex Borg, u li tibda fis-6.00 ta’ filgħaxija.