Matul il-jum tas-Sibt, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg żar l-avveniment tal-Milied “Natalis Notabilis”, li qed jittella’ fit-toroq tar-Rabat.
Mal-wasla tiegħu fir-Rabat, Alex Borg kien milqugħ mill-organizzaturi ta’ “Natalis Notabilis” fejn dawwruh ma’ numru ta’ stalls tal-ikel u xarbiet sinonimi mal-Milied, ornamenti tad-djar, ġugarelli, fost oħrajn.
Matul iż-żjara tiegħu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, iltaqa’ man-nies kemm fit-toroq kif ukoll numru ta’ stabbilimenti fir-raħal – fejn ilkoll faħħruh għax-xogħol siewi li qed iwettaq u għall-entużjażmu u t-tama li ġab kemm ilu fil-kariga.
Fir-Rabat il-Kap tal-Partit Nazzjonalista żar ukoll wirja ta’ presepji fil-Kunvent Santa Marija ta’ Ġesu, il-Knisja ta’ Gizu kif ukoll il-Każin L’Isle Adam – li fuq il-bejt tiegħu saret ukoll Ice Rink għal festi tal-Milied
Matul din iż-żjara, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista, Alex Borg kien akkumpanjat minn Sarah u x-Shadow Ministers Charles Azzopardi u Ian Vassallo.
//= $special ?>
