
Salah daħal bħala sostitut fis-26 minuta flokk Joe Gomez
Il-plejer Eġizzjan irritorna lura fl-iskwadra ta’ Liverpool fil-partita tagħhom kontra Brighton fi-15-il ġurnata tal-Premier League.
Dan ir-ritorn jasal wara ħafna kontroversja li nqalgħat fl-aħħar ġimgħat, speċjalment wara li Mohammed Salah ħareġ jgħid pubblikament kontra l-kowċ ta’ Liverpool Arne Slot li mexxa t-tim biex rebaħ l-20 Premier League tiegħu fl-istorja propju ftit ta’ xhur ilu.
Salah tkellem pubblikament wara d-draw diżappuntanti kontra Leeds United il-ġimgħa li għaddiet, fuq kif il-kowċ Olandiż qiegħed jeskludi lil Salah minħabba raġunujiet personali, u ħassu jiġi tradut mill-istaff tekniku.
Madankollu, huwa magħruf skont sorsi tal-midja Ingliża li l-eks captain ta’ Liverpool, li fil-mument jilagħab ma’ Brentford FC, Jordan Henderson intaqa’ fil-privat ma’ Salah biex jiddiskuti s-sitwazzjoni tiegħu ma’ Liverppol, u b’mod speċjali mal-kowċ Arne Slot.
Mid-diskussjoni jidher li Henderson ikkonvinċa lil Salah jiskuża ruħu fil-privat ma’ Slot, tant kemm hu hekk li Salah reġa kien inkluż mal-iskwadra tar-Reds għall-partita tal-bieraħ kontra Brighton.
Dan minkejja li Salah ma kienx involut fl-iskwadra li siefret lejn Milan biex tilagħab kontra Inter, fejn ir-Reds rebħu 1-0, u minkejja ukoll li Slot għajjat biss 8 sostitut, minflokk id-9 li huwa eliġibli li jgħajjat.
Apparti minnhekk, Salah kien ilu ma jibda’ mal-ewwel ħdax għall-aħħar 5 partiti ma’ Liverpool.
L-attakkant Eġizzjan daħal bħala sostitut fis-26 minuta mmeta daħal flokk id-difensur Joe Gomez li pprovda assist għall-gowl ta’ Ekitike wara 60 sekonda logħob, hekk kif id-difensur Ingliż soffra injury.
L-impatt ta’ Salah fil-partita kien pożittiv hekk kif kien milqugħ b’applaws u kant mis-sapporters ta’ liverpool, li wassal ukoll biex Mohammed Salah provda assist għat-tieni gowl ta’ Ekitike wara siegħa logħob.
Din se tkun l-aħħar partita li Salah se jkun involut fiha din is-sena, hekk kif illum se jsiefer mat-tim Nazzjonali Eġizzjan biex jirrapreżenta lill-Eġittu bħala l-captain tagħhom fl-African Cup of Nations.
Skont bosta rapporti mill-gazzetti Internazzjonali, hemm interess qawwi fil-plejer minn numru ta’ klabbs mill-Saudi Pro League, bil-plejer lest li jħalli lil Liverpool u jtemm din l-avventura leġġendarja f’Jannar.
Il-klabbs mill-Arabija Sawdija ilhom interessati f’Salah, fejn saħansitra kienu offrew somma ta’ €170,000,000 biex Salah jingħaqad ma tim mill-Saudi Pro League.
Il-plejer Eġizzjan fadallu 18-il xhar fuq il-kuntratt tiegħu, kuntratt li ffirmah f’April li għadda appena r-Reds ġew ikkonfermati bħala champions tal-Ingilterra.
Salah huwa t-tielet l-aqwa skorer fl-istorja ta’ Liverpool, hekk kif sab ix-xibka 250 darba f’421 partita, pero dan ir-rekord impressjonanti u l-istorja meraviljuża li kiteb Salah ma’ Liverpool tista’ tispiċċa fix-xejn hekk kif il-plejer jinsab irrabjat immens bit-trattament ta’ Slot.
Huwa mistenni li l-aġent ta’ Salah, Ramy Abbas se jitkellem mal-klabb fil-ġranet li ġejjien, waqt li Salah se jkun qiegħed jiffoka fuq l-AFCON mal-Eġittu.


