Lokali

Sewwieqa ta’ mutur l-isptar wara ħabta ma’ karozza fil-Ħamrun

Sewwieqa ta’ Mutur minn Ħal Balzan kellha tittieħed l-Isptar Mater Dei b’urġenza wara li kienet involuta f’inċident tat-traffiku fil-Ħamrun.

Il-każ seħħ għall-ħin tad-930 tal-Ġimgħa filgħaxija fi Triq il-Kbira San Ġużepp meta għal xi raġuni seħħet ħabta bejn il-mutur misjuq minn mara ta’ 53 sena u vettura tal-għamla Toyota Vitz misjuqa minn żagħżugħa ta 23 sena mill-Ħamrun.

Fil-post kien imsejjaħ tim mediku tal-ambulanzi li ħadet lis-sewwieqa tal-mutur l-isptar għal aktar kura.

Il-Pulizija għaddejja bl-investigazzjonijiet b’rabta mal-każ.