Tħabbret il-mewt tal-attur Amerikan Peter Greene fl-età ta 60 sena.
Greene kien magħruf l-aktar għall-irwoli tiegħu fil-film ta’ Quentin Tarantino Pulp Fiction, u l-film flimkien mal-atturi Jim Carrey u Cameron Diaz The Mask.
It-telfa tiegħu tħabbret mill-aġent Gregg Edwards, hekk kif spjega li instab bla ħajja fl-appartament tiegħu f’New York tul il-jum tal-Ġimgħa.
Bosta ddeskrivew lil Peter Greene bħala ħabib sinċier u li lura fid-disgħinijiet kien wieħed mill-iprem atturi biex jinterpretaw rwoli tal-hekk imsejjaħ kattiv.
Sa issa għadha mhux magħrufa l-kawża tal-mewt madanakollu mhux qed titqies bħala waħda suspettuża.
Diversi saħqu li l-irwol ta’ Dorian Tyrell lura fl-1994 fil-film The Mask jibqa wieħed ikoniku.
//= $special ?>

