Lokali

73,000 persuna huma sidien ta’ aktar minn karozza waħda f’pajjiżna

Iktar minn 73,000 persuna huma s-sid ta’ iktar minn karozza waħda – b’465 persuna jkollhom iktar minn 10 karozzi reġistrati taħt isimhom.

Dawn l-istatistiċi, li ġew preżentati fl-Parlament, juru qabża ta’ 18,000, f’dawk li għadhom iktar minn karozza waħda matul din is-sena. Anke meta kkumparat mal-istatistika ta’ Ottubru tal-2024.

Min din l-istess informazzjoni provduta fil-Parlament mill-Ministru Bonnet turi wkoll li 165,603 ruħ għandhom karozza waħda – dan in-numru niżel b’5000 minn sena ilu. L-unika statistika relatata li rat tnaqqis.

Mill-istatistika qed jidher li hemm 21,700 persuna li għandhom 3 jew 4 karozzi – żieda ta’ 8000 fuq Ottubru tas-sena d-dieħla.

Min naħa l-oħra mal-5000 huma sidien ta’ 5 jew 9 karozzi – żieda ta’ 700.

Intant skont l-Uffiċju Nazzjonali tal-istatistika f’Malta u f’Għawdex hawn 454,00 vettura reġistrata