Lokali

Allegazzjonijiet fuq Roderick Galdes mill-qalba tal-Kabinett tal-Ministri Laburisti

Il-Kabinett Laburista, b’mod speċjali Ministeru partikolari taw informazzjoni u qed jagħmlu allegazzjonijiet ta’ ġid mhux spjegat fil-konfront tal-Ministru Roderick Galdes.

Dan hekk kif ġie żvelat li l-Kummissarju tal-Pulizija Angelo Gafà għandu fil-pussess tiegħu informazzjoni relatata li ġiet minn bosta sorsi varji, inkluż, skont l-istess denunzja mill-Kabinett Laburista u Ministeru partikolari.

Konferma oħra tal-qasma interna fi ħdan il-kabinett ta’ Robert Abela – b’dawk li dawru wiċċhom għall-allegazzjonijijiet li ilhom isiru fuq il-Ministru Galdes, u issa, skont din l-istess denunzja li għandu fil-pusses tiegħu l-Kummissarju tal-Pulizija, dawk fi ħdan il-kabinett li qed jgħatu informazzjoni dwar dan il-ġid mhux spjegat tal-kollega tagħhom Roderick Galdes.

Intant qed jiġi stipulat ukoll li l-Kummissarju għandu jibda’ jinvestiga lill-imsemmi Ministru fuq dan il-ġid, allegatament mhux spjegat – anke minħabba evidenza prima face provduta mill-istess denunzja.

Dawn l-allegazzjonijiet li ġejjin mill-qalba tal-Labour qed ikomplu jixdhu kemm il-Partit Laburista jinsab mifni b’inkwiet intern, dan anke wara baraxx ta’ allegazzjonijiet fil-passat, kemm mill-eks Uffċijal fl-OPM Neville Gafà u anke, fl-aħħar ġimgħat mill-eks MEP Laburista Marlene Mizzi. B’l-aħħar informazzjoni tkun din id-denunzja li qed tistqarr li hemm informazzjoni miġjuba minn membri tal-istess Kabinett preżenti.

Apparti min hekk, anke wara stejjer tal-ġurnal Times of Malta, dwar tpartit ta’ artijiet li sar mill-Ministru tal-Housing ma’ Żviluppaturi notevoli, il-Partit Laburista qed iħalli lil Galdes jgħum waħdu, hekk kif ma’ ġiet ippublikata l-ebda’ stqarrija minn naħa tal-Labour.

Tant hu hekk, li Roderick Galdes kellu jixħet video fuq il-midja soċjali sabiex jaqbeż għalih innifsu.

Kien għalekk li dan l-istazzjon bagħat numru ta’ mistoqsijiet lill-Ministru Galdes stess; fost l-oħrajn sabiex jipprovdi id-dokumentazzjonijiet neċessarji li juru dawn l-istess flus minn fejn ġew, mhux sempliċiment ċaħda, jekk affrontax lill-membri tal-Kabinett Laburista dwar dak li qed tgħid id-denunzja mibgħuta mill-Avukat Jason Azzopardi, ċioè fuq allegazzjonijiet li saru fuqu minn ċerta membri tal-Gvern, u jekk hux ser jissospendi ruħu fid-dawl ta’ dawn l-allegazzjonijet ġodda, ibbażati fuq informazzjoni li taw membri tal-istess Gvern.

Lil Galdes staqsejnih ukoll biex bħala Ministru li huwa kontabbli quddiem il-poplu, jipprovdilna dokumentazzjoni u rċevuta uffiċjali ta’ dan kollu – però s’issa kien hemm biss skiet totali, filwaqt li Roderick Galdes baqa’ jaħrab dawn id-domandi leġittimi.