“Irridu nkomplu bil-kuntatt kontinwu man-nies u nfasslu politika li tpoġġi l-bżonnijiet tal-poplu Malti u Għawdxi l-ewwel u qabel kollox.”
Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg waqt intervista li saritlu fil-maratona ġbir ta’ fondi fejn tkellem dwar l-100 mitt jum tiegħu bħala Kap tal-Partit Nazzjonalista, il-pass li jmiss għall-PN kif ukoll dwar l-importanza tal-kuntatt kontinwu u l-appoġġ tan-nies.
Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista qal li l-ewwel 100 jum tiegħu kienu ttimbrati mill-kuntatt kontinwu man-nies dan filwaqt li l-politika trid tkun imfassla bil-prijoritajiet tan-nies fiċ-ċentru.
Huwa ħabbar ukoll li fil-100 jum se jippubblika l-accounts tal-Partit Nazzjonalista u hawnhekk enfasizza fuq l-importanza tat-trasparenza u l-governanza tajba.

B’rabta mas-saga ta’ Roderick Galdes, il-Kap tal-Partit Nazzjonalista aċċenna li l-Ministru Galdes għandu jirreżenja fid-dawl ta’ dan il-każ serju. Huwa qal li hawn żgħażagħ li qed isibuha ferm diffiċli biex jixtru l-ewwel propjetà tagħhom dan filwaqt li l-Ministru Roderick Galdes akkwista numru ta’ propjetà b’prezz baxx. Alex Borg qal li dawn il-każijiet qed ikomplu juru li Gvern Laburista mhux qed jaħdem fl-interess tal-poplu Malti u Għawdxi.
//= $special ?>
