Franza rebħet il-Junior Eurovision tal-2025 li sar f’Tbilisi, Georgia.
F’kompetizzjoni bejn 18-il pajjiż, ‘Ce Monde’ kantata miċ-ċkejkna Lou Deleuze, intgħażlet bħala r-rebbieħa tat-23 edizzjoni tal-Junior Eurovision, b’248 punt.
Permezz ta’ din ir-rebħa, Franza issa huma fost l-aktar pajjiżi li rebħu dan il-konkors, flimkien ma’ Georgia.
F’din il-kompetizzjoni ta’ kant, Malta kklasifikat fil-11-il post wara prestazzjoni mill-isbaħ bil-kanzunetta “I Believe” minn Eliza Borg.
Pajjiżna, irċeva total ta’ 92 punt mill-vot pubbliku u mill-ġurija.
Fit-tieni post ikklasifikat l-Ukrajna bil-kanzunetta Motanka kanatata minn Sofia Nersesyan.
Il-pajjiż ospitant, Georgia, ikklasifika fit-tielet post, bil-kanzunetta “Shine Like a Star” kantata minn Anita Abgariani.


