Internazzjonali

Il-Ġermanja: Imxejjen kumplott għal attakk fuq Christmas Market

Il-Pulizija Ġermaniża, fl-aħħar sigħat, arrestat ħames irġiel suspettati dwar sehem f’kumplott għal attakk terroristiku fuq Christmas Market. Il-pjan kien biex it-terroristi jsuqu vettura b’veloċità għal fuq il-folol preżenti – bl-awtoritajiet jissuspettaw li l-pjan kien qed jibbaża fuq ‘l-iskopijiet tal-militanti Iżlamiċi’.

Fl-aħħar sigħat, l-irġiel – tlett Marokkini, Eġizzjan u Sirjan –  kienu qed ikunu interrogati dwar il-kumplott u meta hu possibbli li huma kienu qed jimmiraw għal ċentru tal-Milied fl-Istat tal-Bavarja.

Jidher ukoll li l-Eġizzjan kien il-moħħ wara l-attakk potenzjali u li hu kellu l-ħsieb biex joqtol u jferi l-akbar ammont ta’ nies possibbli.  Intant, kien ippjanat biex il-vettura ‘tal-mewt’ tinsaq mit-tlett Marokkini taħt arrest.

L-Uffiċjali fil-Ġermanja ilhom il-ġranet fuq stat ta’ allert għoli minħabba li mhix l-ewwel darba li l-Christmas Markets fil-pajjiż spiċċaw mira għal terroriżmu.

Intant, l-awtoritajiet ma qalux meta suppost kellu jsir l-attakk ippjanat waqt li lanqas ma identifikaw il-Christmas Market inkwistjoni. Madankollu, xi sorsi qed jindikaw li t-terroriti riedu jattakkaw il-Christmas market fl-inħawi ta’ Dingolfing-Landau, lejn il-grigal ta’ Munich