Il-Maltin u l-Għawdxin komplew juru l-qalb kbira tagħhom hekk kif fi ftit sigħat ġabru eluf kbar ta’ ewro sabiex jgħinu lil missier ta’ żewġt itfal li qed jissielet mal-marda kifra tal-lewkemja.
Sandro, għamel appell sabiex jinġabru €500,000, hekk kif l-aħħar tama li jgħix, hija terapija li tiswa eluf kbar ta’ ewro.
Ma’ dan il-ġest nobbli, ingħaqad ukoll il-Gvern Malti li ta d-donazzjoni ta’ €250,000.
Għalhekk, kien anke l-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg li anke rringrazzja lill-Gvern li laqa’ l-appell ta’ kulħadd u daħal għal dan l-impenn.
Minn naħa tiegħu, il-Prim Ministru Robert Abela spjega li l-istorja ta’ Sandro wriet kemm il-Maltin, meta magħqudin kapaċi juru solidarjetà.
//= $special ?>

