Lokali

Il-Partit Laburista f’paniku: Jitħajjar mill-Partit Nazzjonalista u jniedi podcast

Wara s-suċċess kbir li ra l-Partit Nazzjonalista, li fi ftit żmien permezz ta’ crowd funding nieda l-podcast mwiegħed mill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg, il-Labour kien irrassenjat jimita din l-inizjattiva u jħabbar li se jkun qed jagħmel podcast għas-segwaċi tiegħu.

Dan tħabbar mill-Kap Eżekuttiv tal-Partit Laburista Leonid Mackay waqt maratona li qed issir il-Ħadd.

Turija ċara tal-paniku li ħakem il-kuruturi taċ-Ċentru Nazzjonali Laburista u Kastilja.

Alex Borg inizjalment ħabbar din il-proposta lura fis-sajf waqt il-kampanja għal ħatra ta’ Kap tal-Partit Nazzjonalista. U propju fl-ewwel 100 jum tiegħu bħala Kap, huwa nieda l-inizjattivà ‘Tama’ u li minkejja l-biżibilju stejjer kontriha mis-Super One, jidher li qed tiddetta l-aġenda tal-Partit Laburista.

Din id-deċiżjoni ma niżlet tajjeb xejn mas-segwaċi tal-istess partit u s-Super One. Tant hu hekk, li kienu bosta li kkritikaw lil-Labour u ddeskrivewh bħala “copy cat”.