Inter telgħu fil-quċċata tal-klassifika b’rebħa ta’ 2-1 fuq Genoa. Inter ħadu vantaġġ doppju fl-ewwel taqsima b’Yann Bisseck jiftaħ l-iskor fit-8 minuta qabel kien Lautaro Martinez li jirdoppjaw fit-38 minuta. Vitor Oliveira naqqas id-distakk fit-68 minuta liema gowl ma kienx biżejjed biex Genoa jieħdu l-punti.
F’San Siro draw ta’ 2-2 bejn Milan u Sassuolo. Kienu Sassuolo li fetħu l-iskor fi-13-il mintua minn Ismael Kone qabel kien Davide Bartesaghi li ġab id-draw għal Milan fl-34 minuta. L-istess Bartesaghi poġġa’ lil Milan fil-vantaġġ fis-47 minuta qabel kien Armand Lauriente li kiseb id-draw fis-77 minuta.
Telfa sorpriża ta’ 1-0 għal Napoli barra minn darhom kontra Udinese. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-73 minuta minn Jurgen Ekkelenkamp.
//= $special ?>

