Lokali

Jaħrab mir-realtà u jibqa’ ma jindirizzax l-iskandlu ta’ Roderick Galdes

Għat-tieni ġimgħa konsekuttiva, Robert Abela ma lissen l-ebda kelma dwar il-Ministru Roderick Galdes li hu mgħerreq fi skandlu li qed ikompli dejjem jiżvolġi f’aktar allegazzjonijiet serji.

F’intervista ta’ aktar minn siegħa, mimlija attakki partiġġjani, Robert Abela ma lissen l-ebda kelma dwar kif qed ikun allegat li l-Ministri tiegħu, għamlu allegazzjonijiet serji dwar ġid mhux spjegat ta’ Roderick Galdes. Dan filwaqt li njora totalment l-istorja żvelata dwar tpartit ta’ artijiet li għamel Galdes ma’ kuntratturi notevoli.

Minflok, Robert Abela iddikajra li d-dħul tal-familji Maltin żdied b’mod esaġerat. Mingħajr ma konvenjentament semma’ kif huma bosta d-diffikultajiet li qed jesperjenza l-poplu Malti u Għawdxi.

B’mod speċjali, id-diffikultà sabiex wieħed ikollu l-propjetà tiegħu…..meta l-Ministru responsabbli mill-Housing jinsab mgħerreq fil-ġid tal-propjetajiet.

Fl-intervista, Robert Abela ftaħar ukoll bl-istudju li għaddej dwar il-metro. Metro, li skont il-Ministru tal-Finanzi Clyde Caruana se tħalli lil pajjiżna ‘royally screwed’. Fejn anke surrealment iddeskriva lill-Kap tal-Partit Nazzjonalista Alex Borg bħala perikoluż – talli ħareġ l-id tal-ħbiberija sabiex il-poplu jittafielu l-piż tat-traffiku li jsib ma’ wiċċu kull jum li jgħaddi.

U minkejja li qabel li t-traffiku jrid jiġi indirizzat, huwa ħarab totalment milli jwieġeb dwar jekk il-Ministri tiegħu hux se jkunu ta’ eżempju u jagħmlu użu mit-trasport tal-massa.