Is-Sibt filgħaxija, sparatura fil-Brown University f’Rhode Island ħalliet żewġ studenti vittmi, waqt li disa’ oħra sfaw midruba f’dan l-attakk.
Il-persuni li sfaw midruba ttieħdu l-Isptar ta’ Rhode Island għall-aktar kura medika, b’sitta minnhom jinsabu f’kundizzjoni kritika iżda stabbli.
Il-Pulizija ta’ Rhode Island għaddejja bi tfittxija għall-aggressur , u ippubblikat xi filmati minn kameras tas-siġurtà, li fihom jidher l-aggressur liebes ħwejjeġ bil-lewn iswed.
Skont l-istqarrija tal-Pulizija, ir-raġel ħarab minn fuq il-post wara li fetaħ in-nar fil-bini tal-inġinerija, fejn dak il-ħin kienu qed isiru l-eżamijiet. L-arma li ntużat għadha ma nstabitx.
Minn-naħa tagħha, l-Università ta’ Brown University ħabbret li l-eżamijiet skedati għal-Ħadd, mhux se jsiru, hekk kif qed tingħata prijorità lis-siġurtà u l-benesseri tal-istudenti u l-ħaddiema ta’ din l-Università.
//= $special ?>

