Lokali

“Ninsabu determinati aktar minn qatt qabel, u l-poplu dan qed jirrispondi għalih” – Alex Borg

Ritratt: Joseph Galea

“Jien mimli enerġija, il-poplu qed jifhem, u qed jagħti kontribut akbar milli kien qed jagħti fil-passat”.

Kien dan li ddikjara l-Kap tal-Partit Nazzjonalista f’intervista li kellu ma’ Sarah waqt il-maratona tal-ġbir ta’ fondi tal-Partit Nazzjonalista.

Huma, spjegaw kif dawn il-100 jum kienu ġranet impenjattivi, iżda kienu jiem li mlewhom b’sodisfazzjon kbir anke personalment. Fejn anke spjegaw, li dejjem jagħmlu mezz illi jżommu l-ħin bħala familja.

Dan hekk kif il-familja tagħhom, hija l-pedament li jgħin lil Alex Borg sabiex ikun jista’ jkompli l-istorja li beda.

Filfatt, huma spjegaw li anke t-tradizzjonijiet tal-familja tagħhom żammew, fosthom anke l-mumenti li huma jaqsmu maċ-ċkejken Sam.

Madanakollu, Alex Borg u Sarah rringrazzjaw lill-poplu li dejjem kien ta’ sostenn għalihom, kemm personalment u anke professjonalment. Fejn wegħdu li se jkunu qed ikomplu l-ħidma tagħhom, b’risq il-Partit Nazzjonalista u l-pajjiż.