Futbol Sport

Sunderland jegħlbu lil Newcastle fit-Tyne Wear Derby… Manchester City jżommu l-pass ma’ Arsenal

Fl-ewwel Tyne Wear Derby derby fil-Premier League wara aktar minn għaxar snin, kien Sunderland li għelbu lir-rivali Newcastle bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita kien skorjat mill-attakkant ta’ Newcastle Nick Woltemade li xeħet fix-xibka tiegħu stess fis-46 minuta.

F’Selhurst Park Manchester City kisbu rebħa importanti ta’ 3-0 barra minn darhom għand Crystal Palace biex żammew il-pass ma’ Arsenal, żewġ punti wara l-leaders. Huma marru fil-vantaġġ fil-41 minuta meta Matheus Nunes sab lil Erling Haaland li bir-ras xeħet wara Dean Henderson għal 1-0. Man City irdoppjaw fid-69 minuta minn Phil Foden, qabel fid-89 minuta reġa’ kien Erling Haaland li għamilhom 3-0 mill-ħdax-il metru.

Telfa wkoll għal Tottenham Hotspurs barra minn darhom għand Nottingham Forest bl-iskor ta’ 3-0. Callum Hudson-Odoi fetaħ l-iskor fit-28 minuta, bl-istess plejer jirdoppjaw fil-50 minuta. Nottingham Forest għalqu l-partita fid-79 minuta b’gowl ta’ Ibrahim Sangare.