Futbol Sport

Telfa mhux mistennija għal Ħamrun kontra Marsaxlokk… Rebħa għal Sliema fuq Valletta

Ritratt: Joseph Galea

Ħamrun S …………… 1

Marsaxlokk ………… 3

Ħamrun S: F.Silva Filho, S.Xerri, S.Attard, M.Garcia, S.Thioune, J.Mbong, N.Koffi, A.Coric, O.Bjelicic, E.Marcelina, R.Camenzuli

M’Xlokk: C.Mafoumbi, W.Da Silva, E.Pepe, N.Muscat, T.Fred, J.Arias, J.Corbolan, J.Soares, J.Minala, L.Aguirre, A.Majok

Referee: E.Barbara

Assistenti Referees: J.Muscat, V.Vasilev

Telfa mhux mistennija għal Ħamrun Spartans meta kienu megħluba minn Marsaxlokk bl-iskor ta’ 3-1. Kienu Marsaxlokk li fetħu l-iskor fid-19-il minuta Tsoumou Fred qabel kien Joseph Minala li rdoppja fl-44 minuta. Fi tmiem l-ewwel taqsima Ħamrun naqqsu d-distakk minn gowl ta’ N’Dri Koffi għal 2-1. Minkejja dan fit-tieni taqsima kienu Marsaxlokk li skorjaw it-tielet gowl tagħhom minn Weder Da Silva fid-59 minuta.

Valletta ………………… 1

Sliema Wanderers …. 2

Valletta: A.Aguero, S.Borg, A.Zammit, B.Paiber, J.Azzopardi, Y.Yankam, K.Brewer, E.Mbende, Y.Messias, S.Radic, T.Aldama

Sliema W: K.Agu, J.Borg, A.Magri Overand, R.Prsa, K.Nwoko, G.Alcino, W.Matos, H.Freire, T.Espindola, F.Gomes, M.Baggio

Referee: D.Portelli

Assistenti Referees: J.Spiteri, M.Scerri  

Rebħa fl-aħħar minuti għal Sliema Wanderers fuq Valletta bl-iskor ta’ 2-1. Valletta fil-vantaġġ fit-33 minuta b’gowl ta’ Brandon Paiber qabel kien Junior Gomes li kiseb id-draw fit-78 minuta. Fit-83 minuta jitkeċċew żewġ plejers Jefferson De Assis għal Valletta u Murillo Henrique għal Sliema wara inċident bejn iż-żewġ plejers. Biex fid-90 minuta kien Thiago Espindola li b’xutt minnb ara xeħet fix-xibka għal 2-1.