Tliet nisa, żewġ Kolombjani u waħda mill-Panama, wieġbu mhux ħatja għal akkużi ta’ traffikar ta’ persuni, involviment fit-tmexxija ta’ burdell u li għexu mill-qligħ tiegħu.
Fil-Qorti, l-akkużati ġew mixlija wkoll b’ħasil ta’ flus, bit-tliet nisa kollha jaħdmu bħala fattigi.
L-investigazzjonijiet bdew wara li l-Pulizija bdiet tissorvelja residenza f’San Ġiljan, fejn kien hemm suspett li kien qed isir burdell.
Fil-lejl bejn il-Ġimgħa u s-Sibt, l-awtoritajiet daħlu fil-post u sabu għadd ta’ persuni flimkien mal-klijenti.
Skont il-Pulizija, irriżulta li seba’ persuni kien qed jaħdmu bħala prostituti, filwaqt li tlieta oħra kienu involuti fit-tmexxija tal-operat.
Minn aktar stħarriġ, ġiet identifikata persuna oħra allegata,emt marbuta mat-tmexxija tal-burdell, li aktar tard ġiet arrestata fir-residenza tagħha.
Intant, il-Qorti ċaħdet it-talba għall-ħelsien mill-arrest u ordnat li l-akkużati jinzammu taħt arrest.
//= $special ?>

