Internazzjonali

Direttur ta’ Hollywood u martu maqtulin f’darhom

Rob Reiner huwa magħruf għal films Princess Bride u When Harry Met Sally

Id-direttur ta’ Hollywood, Rob Reiner, magħruf għal films fost oħrajn Princess Bride u When Harry Met Sally, instab bla ħajja flimkien ma’ martu Michelle fir-residenza tagħhom fin-nofsinhar tal-Istat ta’ Kalifornja.

Dan tħabbar mis-Sindku ta’ Los Angeles Karen Bass hekk kif esprimiet ix-xokk tagħha.

Rapporti fuq il-midja Amerikana spjegaw li l-koppja ta’ 78 u 68 sena rispettivament inqatlu permezz ta’ daqqiet ta’ arma taqta u bil-ponta.

Dan filwaqt li sorsi qrib il-familja allegaw li l-qattiel huwa proprju binhom Nick Reiner ta’ 32 sena, madanakollu l-Pulizija Amerikana saħqu li preżentament ma hija qed iżomm lil ħadd taħt arrest bl-investigazzjonijiet tal-awtoritajiet għadhom għaddejjin.