F’Old Trafford draw ta’ tmien gowls bejn Manchester United u Bournemouth bir-riżultati finali jkun dak ta’ 4-4. Kienu Manchester United li marru fil-vantaġġ permezz ta’ Amad Diallo wara 13-il minuta, b’Bournemouth jirrispondu b’gowl ta’ Antoine Semenyo fl-40 minuta.
Fil-ħin mogħti żejjed tal-ewwel taqsima Manchester United kisbu marru fil-vantaġġ meta kien Casemiro li bir-ras xeħet fix-xibka għal 2-1. Mal-ftuħ tat-tieni taqsima Bournemouth mill-ġdid kisbu l-gowl tad-draw minn Evanilson, qabel kien Marcus Tavernier, li fit-52 minuta poġġa’ lil Bournemouth fil-vantaġġ għall-ewwel darba fil-partita.
Manchester United kisbu d-draw fis-77 minuta minn freekick preċiż ta’ Bruno Feranndes, b’Mattheus Cunha jagħmilho0m 4-3 żewġ minuti wara. Fl-84 minuta kien Eli Kroupi li għamilhom 4-4 għal Bournemouth.
//= $special ?>

