Ma sar ebda ftehim mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jew ma’ xi entitajiet oħra biex jiġu intensifikati l-ispezzjonijiet u l-infurzar kontra l-iskart mediku abbandunat illegalment.
Dwar l-iskart illegali staqsa fil-Parlament id-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia lill-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva li wieġeb fin-negattivgg għall-mistoqsija jekk sarx xi ftehim mal-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi (ERA) jew ma’ xi entitajiet oħra biex jiġu intensifikati l-ispezzjonijiet u l-infurzar kontra l-iskart mediku abbandunat illegalment.
Il-Ministru Jo Etienne Abela qal ukoll fi tweġiba għal mistoqsija oħra tad-Deputat Nazzjonalista Adrian Delia li l-baġit allokat għall-ġestjoni u d-dispożizzjoni sigura ta’ skart mediku huwa marbut ma’ kuntratt kummerċjali.
Sadttattant, il-Ministru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qal li se jirrrispondi f’seduta oħra dwar jekk hemmx proċeduri jew audits regolari biex jiġi vverifikat li l-isptarijiet u l-faċilitajiet tas-saħħa huma konformi mar-regolamenti dwar l-iskart mediku.
//= $special ?>

